CARWASH 2009 in aid of land group – updated and confirmed – KIND
Posted by autocar-live in Autocar-Live, tags: CARWASH 2009 in aid of land group - updated and confirmed - KINDLAND logo small
CARWASH B’RISQ IL-LAND GROUP
POST: Msida Marina (ħdejn il-Black Pearl)
ĦIN: mid-09.00 sal-17.00
DATA: Il-Ħadd 15 ta’ Novembru 2009
Bħal ma tafu, peress li m’għandux għajnuna minn fondi pubbliċi, l-LAND (LIVING ABILITY NOT DISABILITY) Group għandu bżonn ħafna finanzi minn ġewwa, biex jibqa’ jorganizza l-attivitajiet. L-ispejjeż biex jinkera transport adekwat bil-lifters huma ħafna peress li l-maġġoranza tal-membri jużaw il-wheelchairs. Spejjeż oħra ta’ komunikazzjoni, ħrug ta’ ċirkulari u f’parteċipazzjoni f’konferenzi u seminars f’Malta u barra jkompli jtella’ l-ispejjeż għal aktar minn €10,000 fis-sena. Il-fondi meħtiega jinġabru minn diversi attivitajjiet organizzati mill-grupp.
L-kumitat ħass li biex inkomplu bl-attivitajiet tagħna ridna naraw minn fejn niġbru il-fondi, għalhekk ġietna l-idea biex norganizzaw CAR WASH fl-Imsida Marina, ħdejn il-Black Pearl. Din l-attività ser ssir IL-ĦADD, 15 TA’ NOVEMBRU 2009 mid-9AM sal-5PM. Minkejja li l-attività tibda’ fid-9am, se jkun hemm min qed jarma fit-8am. Għalhekk, napprezzaw ħafna jekk min jista’, jiġi qabel u jagħti daqqa t’id. Dawk il-helpers li jistgħu jagħtu daqqa t’id fl-armar għandhom jikkuntattjaw lil Eric Flask fuq <mailto:flask.eric>flask.eric.
Din l-attivita tista’ ssir biss permezz tal-volontiera li se joffru ftit mill-ħin liberu tagħhom u jtuna daqqa t’id dakinhar. Għalhekk filwaqt li f’isem il-LAND nirringrazzja minn qalbi lil kull min b’xi mod jew ieħor hu involut f’din l-attività, nixtieq nagħmel appell lilkom kollha biex tattendu u tħeġġu lill-familjari u l-ħbieb tagħkom u u tiġu taħslu l-karozza tagħkom. B’hekk tkunu qegħdin tgħinu lil-LAND Group.
Matul l-attività ser jinbiegħu ukoll kejkijiet magħmulin minn familji tal-membri u l-voluntiera, kif ukoll affarijiet oħra ħaga. Għalhekk, min jista’ joffri xi kejkijiet biex nkunu nistgħu nbiegħuhom dakinhar, jista’ jikkuntattja lil Jeanesse Abela fuq 79828787 sms biss jew lil Daniela Schembri fuq 79060393. Importanti li ċċemplu wara l-5pm.
Grazzi u insellimkom,
Jeanesse Abela
Presidenta

Entries (RSS)